Tuesday, July 28, 2026
Home Internazzjonali Mijiet ta’ persuni maqbudin fi stabbiliment kummerċjali  fil-Ġappun kawża ta’ terremot qawwi

Mijiet ta’ persuni maqbudin fi stabbiliment kummerċjali  fil-Ġappun kawża ta’ terremot qawwi

0
1

Fl-aħħar ħinijiet qegħdin joħorġu aktar stejjer mill-Ġappun wara dalgħodu seħħ terremot ta’ qawwa 7.1.

L-awtoritajiet qegħdin jgħidu li mijiet ta’ persuni jinsabu maqbudin fl-Aeon Mall Kumamoto wara li ċeda t-tieni sular u wara ġarraf kullimkien. “Seħħet ‘splużżjoni’ kbira u dan wara siegħa li kien seħħ it-terremot. Kollox iġġarraf u hemm mijiet ta’ persuni maqbudin. ‘L-isplużżjoni’ seħħet wara diversi terremoti żgħar li saru wara l-akbar theżżiża.” Hekk qalet persuna li tkellmet mal-midja internazzjonali li kienu fil-qrib l-istabbiliment.

Il-Pulizija qalu li hemm madwar 200 persuna oħra li huma maqbudin fil-parkeġġ tal-istess stabbiliment li hekk kif iġġarraf kollox kienu għadhom kemm ħarġu mill-post.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here