Il-PL jissospendi kunsillier wara alleagt involviment tiegħu f’inċident ma’ uffiċjal tal-infurzar

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista huwa konxju ta’ każ dwar allegat involviment ta’ kunsillier f’inċident ma’ uffiċjal tal-infurzar.  

Għaldaqstant il-Partit Laburista ddeċieda li b’effett immedjat u bħala miżura prekawzjonarja, jissospendi lil dan il-kunsillier tiegħu milli jirrappreżenta lill-Partit Laburista fi kwalunkwe struttura, inkluż fil-Kunsill Lokali.

Filwaqt li jisħaq li l-individwu jibqa’ preżunt innoċenti, il-Partit Laburista jemmen li għandha titħares il-fiduċja pubblika fil-ħidma li tkun qed issir mir-rappreżentanti tiegħu.

Il-Partit Laburista joffri l-appoġġ sħiħ tiegħu lejn l-uffiċjali u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, u l-impenn tagħhom fit-twettiq ta’ dmirijiethom b’rispett, integrità u użu xieraq tal-awtorità.

Il-Partit ser ikompli jsegwi l-każ u jieħu kull deċiżjoni ulterjuri meħtieġa fid-dawl tal-iżviluppi u tal-fatti li jirriżultaw.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport