Swieqi United FC ħabbru li laħqu ftehim ma’ Liam Mangion sabiex jibqa’ fit-tmexxija tat-tim tal-kbar għal staġun ieħor, wara l-ħidma pożittiva tiegħu matul l-aħħar kampanja. Mangion ilu jmexxi lit-tim sa mill-2025, meta ngħaqad mal-klabb bħala kowċ ewlieni.
Huwa mifhum li l-kumitat tal-klabb kien sodisfatt bix-xogħol li sar kemm fil-grawnd kif ukoll fl-iżvilupp tal-iskwadra, u sostna li l-kontinwità kienet prijorità ewlenija fil-pjanijiet għall-istaġun li ġej.
Min-naħa tiegħu, Liam Mangion qal:
“Ninsab kuntent ħafna li se nkompli naħdem ma’ Swieqi FC. Mill-ewwel ġurnata ħassejt il-fiduċja tal-kumitat, tal-plejers u tas-supporters. Issa rridu nibnu fuq dak li ksibna u naħdmu biex inkunu aktar kompetittivi fl-istaġun li ġej.”
Swieqi FC mistennija jibdew il-preparamenti ta’ qabel l-istaġun fil-ġimgħat li ġejjin, bil-kowċ u l-amministrazzjoni diġà qed jaħdmu fuq it-tisħiħ tal-iskwadra sabiex il-klabb ikompli javvanza fil-kampjonat.
Swieqi United jilħqu ftehim ma’ Liam Mangion sabiex jibqa’ fit-tmexxija tat-tim għal staġun ieħor

