Sunday, May 5, 2024

Ta’ Xbiex jiddominaw u jegħlbu lil Barracudas

Aqra wkoll

Ta’ Xbiex……………….24

Barracudas……………11

(4-2), (6-3), (6-2), (8-4)

Ta’ Xbiex iddominaw bis-sħiħ u għelbu lil Otters bl-iskor kbir ta’ 24-11.

Ta’ Xbiex rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-2, bil-goals għalihom jaslu minn Uros Vasic (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty, il-captain Mattias Ortoleva u Jan Culic minn man-up wara li tkeċċa William Ruggier. Charles Bugeja u Andrew Magri wieġbu għal Barracudas.

Ta’ Xbeix rebħu wkoll it-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 6-3, bl-iskorers għalihom ikunu Christian Milakovic, Mattais Ortoleva minn man-up wara li tkeċċa Simon Apap, Nico Schiavone ukoll minn man-up wara li tkeċċa Aleandro Mifsud, Mattias Ortoleva, Kydon Agius u Uros Vasic. Radovan Latinovic (2) u Ryan Sciortino rrispondew għal Barracudas.

Ta’ Xbiex rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 6-3, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers, Christian Milakovic minn man-up wara li tkeċċa l-captain Paul Micallef, Ryan Mock, Uros Vasic (2), Mattias Ortoleva u Jacob Saliba. Dan sabiex Radovan Latinovic minn penalty u Ryan Sciortino skorjaw għal Barracudas.

Ta’ Xbux rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor kbir ta’ 8-4, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Kydon Agius minn penalty, Nico Schiavone, Christian Milakovic, Uros Vasic (3), bit-tielet goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Radovan Latinovic  u Luke Grech Carr (2) minn żewġ man-ups, l-ewwel wara li tkeċċa Ascanio Piccione u mbagħad meta tkeċċa Paul Micallef. Ivan Gusarov minn man-up wara li tkeċċa Uros Vasic u Charles Bugeja (3) wieġbu għal Barracudas. 

Ta’ Xbiex: 1-Miguel Vassallo, 2-Nico Schiavone (2), 3-Lee Montebello, 4-Luke Grech Carr (2), 5-Kieran Grech, 6-Ryan Mock (1), 7-Jacob Saliba (1), 8-Christian Milakovic (3), 9-Uros Vasic (8), 10-Jan Culic (1), 11-Zion Bartolo, 12-Julian Farrugia, 13-Gianni Galea Curmi, 14-Mattias Ortoleva (4), 15-Kydon Agius (2) Coach: Stephen Rizzo

Barracudas: 1-Isaac Schembri, 2-Paul Caruana Turner, 3-Andrew Magri (1), 4-Paul Micallef, 5-Dean Ciantar, 6-Ryan Sciortino (2), 7-Ivan Gusarov (1), 8-Radovan Latinovic (3), 9-Charles Bugeja (4), 10-Simon Apap, 11-Aleandro Mifsud, 12-T. J. Mifsud, 13-Max Borg, 14-Thomas Perici Ferrante, 15-William Ruggier Coach: Keith Grima Scott

Referees: Massimiliano Sponza, Ronnie Spiteri

Sport