Saturday, May 4, 2024

Neptunes wisq b’saħħithom għal Sirens

Aqra wkoll

Neptunes…………..21

Sirens………………..10

(6-3), (6-1), (5-2), (4-4)

Neptunes irriżultaw bħala wisq b’saħħithom għal Sirens meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 21-10.

Neptunes għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 6-3, bil-goals għalihom jaslu minn Filip Filipovic (2), Aleksandar Ivovic (2) bit-tieni goal għalih jasal minn penalty, Jake Muscat (2) minn żewg man-ups l-ewwel wara li tkeċċa Matthias Azzopardi u mbaħhad meta tkeċċa Matthew Sciberras.  Matthias Pazstor (2) u Pietro Figlioli minn man-up wara li tkeċċa Filip Filipovic wieġbu għal Sirens.

Neptunes rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 6-1, bl-iskorers għalihom ikunu Mark Castillo, Stevie Camilleri (2) bl-ewwl goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Matthew Chircop, Filip Filipovic, Sam Gialanze u Jake Muscat. Matthias Pazstor skorja l-uniku goal għal Sirens.

Neptunes rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 5-2, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Stevie Camilleri, Filip Filipovic, Jake Bajada (2) u Jake Muscat minn man-up wara li tkeċċa Gianni Farrugia. Matthias Azzopardi u Matthew Sciberras irrispondew għal Sirens.

L-aħħar sessjoni ntemmet fi draw ta’ 4-4, bil-goals għal Neptunes jaslu minn Mark Castillo, Stevei Camilleri, Alec Fenech u Jordan Camilleri. Dan sabiex għal Sirens wieġbu Jake Cachia, Ken Erdogan, Paul Serracino u Gianni Farrugia. 

Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat (4), 3-Sam Gialanze (1), 4-Gabriel Pace, 5-Mark Castillo (2), 6-Jake Bajada (2), 7-Stevie Camilleri (4), 8-Jordan Camilleri (1), 9-Aleksandar Ivovic (2), 10-Filip Filipovic (4), 11-Alec Fenech (1), 12-Enrico Mallia, 13-Marco Rossi, 14-Dean Bugeja, 15-Andreas Fava Coach: Dorian Pisani

Sirens: 1-Thomas Micallef, 2-Paul Serracino (1), 3-Ken Erdogan (1), 4-Pietro Figlioli (1), 5-Jerome Zerafa Gregory, 6-Gianni Farrugia (1), 7-Matthew Chircop, 8-Gabriel Melillo, 9-Mikhael Cutajar, 10-Matthias Pasztor (3), 11-Matthew Sciberras (1), 12-Matthias Azzopardi (1), 13-Matthew Bonello Dupuis, 14-Jake Cachia (1), 15-Gabriel Sammut Coach: Marko Orlovic

Referees: Stefano Alfi, Massimo Angileri

Sport