Sunday, May 5, 2024

Marsaxlokk jirbħu logħba bilanċjata kontra Otters

Aqra wkoll

Marsaxlokk……………….15

Otters………………………..12

(4-5), (3-2), (4-1), (4-4)

Marsaxlokk rebħu logħba bilanċjata kontra Otters bl-iskor ta’ 15-12.

Kienu Otters li rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-4, bl-iskorers għalihom ikunu Marko Jelaca (2), Jovan Saric, Mark Meli u Andrew Dimech. Il-captain Sasa Misic (2) u Nikola Moskov (2) wieġbu għax-Xlukkjari.

Marsaxlokk wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bil-goals għaihom jaslu minn Alistair Cook minn man-up wara li tkeċċa David Dimech, Ryan Galea u Nikola Moskov. Marko Jelaca u Jovan Saric wieġbu għal Otters.

Marsaxokk rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 4-1, bl-iskorers għalihom ikunu Nikola Moskov, Sasa Misic, Ryan Galea u Max Zammit. Matthew Farrugia minn ma-up wara li tkeċċa Max Farrugia skorja l-uniku goal għal Otters.

L-aħħar sessoni ntemmet fi draw ta’ 4-4 bil-goals għax-Xlukkajri jaslu minn Nikola, Moskov (3) u Sasa Misic. Jovan Saric minn penalty, Matthew Farrugia, Marko Jelaca minn man-up wara li tkeċċa Max Zammit u Matthew Farugia ukoll minn man-up wara li tkeċċa Nikola Moskov skorjaw għal Otters.

Marsaxlokk: 1-Miguel Farrugia, 2-Jamie Borg Tabone, 3-Ben Zammit, 4-Max Farrugia, 5-Nikola Moskov (7), 6-Julian Valletta, 7-Max Zammit (1), 8-Massimo Aquilina, 9-Ryan Galea (2), 10-Sasa Misic (4), 11-Enrique Bonnici, 12-Luigi Mallia, 13-Myron Brimmer, 14-Alistair Cook (1), 15-Giancarlo Gatt Coach: Aleksandar Ciric

Otters:1-Matthew Xerri, 2-Kieran Saliba, 4-David Dimech, 5-Mark Meli (1), 6-Marko Jelaca (4), 7-Isaac Azzopardi, 8-Steve Dimech, 9-Luigi Dimech, 10-Jovan Saric (3), 11-Matthew Farrugia (3), 12-Andrew Dimech (1), 14-Kenneth Micallef, 15-Andrea Bianchi Coach: Anthony Farrugia

Referees: Massimiliano Sponza, Alex DeRaffaele

Sport