Friday, July 24, 2026
Home Sport Joao Felix b’self ma’ Galatasaray?

Joao Felix b’self ma’ Galatasaray?

0
386

Hemm probabbilta’ kbira li l-attakkant internazzjonali Portugiż Joao Felix iħalli lil Atletico Madrid sabiex jingħaqad ma’ Galatasaray fit-Turkija.

Il-plejer żagħżugħ eks-Benfica ftit jinsab kuntent fil-Wanda Metropolitano ta’ Madrid u għalhekk skont bosta kritiċi tal-futbol Spanjol, l-għażla naturali hi dik li jitlaq.

Minkejja kollox, Galatasaray jistgħu jagħżlu li jieħdu lil dan il-plejer fuq bażi ta’ self.

Fl-istaġun li għadda, Felix lagħab b’self ma’ Chelsea fejn minn 23 logħba hu skorja erba’ gowls.