Friday, December 13, 2024

Tabib iwissi biex ma tiħux kafè l-ewwel xogħol filgħodu

Aqra wkoll

Dr Karan Raj, tabib popolari li jtella’ numru ta’ pariri mediċi fuq il-pjattaforma TikTok wissa lil dawk li filgħodu l-ewwel ħaġa li jagħmlu hija li jieħdu kikkra kafè sħuna bil-għan li jiġu f’tagħhom mal-ewwel u jibdew ġurnata ta’ ħidma.

Jidher li filgħodu nqumu b’tip ta’ enerġija li jgħidulha cortisol u għalhekk suppost għandu jkollna biżejjed enerġija għal-ewwel ftit sigħat tal-ġurnata. Dr Raj jirrakkomanda biex ‘l-ewwel’ kafè tal-ġurnata jittieħed tar filgħodu u mhux l-ewwel xogħol.

Żgur mhux forsi li dan il-parir mhux se jinżel tajjeb ma’ numru ta’ nies li l-ewwel ħsieb tal-ġurnata jkun li jagħmlu kafè kark biex itihom l-enerġija għall-ġurnata.

Ekonomija

Sport