Wednesday, July 24, 2024

Table Football: Bormla jirbħu s-sezzjoni tat-Timijiet fil-Grand Prix tal-Ingilterra 2023 

Aqra wkoll

It-tim ta’ Bormla Subbuteo Club kellhom prestazzjoni mill-aqwa fil-Grand Prix tal-Ingilterra li ntlagħab bejn is-Sibt u l-Ħadd 7/8 ta’ Ottubru 2023, meta fi Flitwirk fir-Renju Unit, huma rebħu tliet kategoriji Open u Veterani fl-Indiviwali s-Sibt u Timijiet il-Ħadd, fejn fl-Open kien il-Belġjan ta’ Bormla li rebaħ din il-kategorija, fejn fil-finali għeleb faċilment lit-Taljan Gabriele Silveri 4-2 biex wasal għal dan l-unur.

Golger fis-semi-finali tħabat mhux ftit fejn kontra Remi Soret ta’ Franza, il- partita spiċċat 3-3, b’Golger jirbaħ fil-ħin barrani. Fil-Kategorija tal-Veterani, ir-rebħa marret għand Jason Pisani li għeleb lil Bob Varney tal-Ingilterra 1-0. Fis-semi-finali, huwa għeleb 1-0 lill-Malti John Zammit ukoll ta’ Bormla Subbuteo Club li kellu tournament tajjeb u spiċċa semi-finalista, fejn min-naħa tiegħu Zammit fil-kwarti tal-finali rebaħ lil Alan Lee bl-iskor ta’ 2-1 .

Il-Ħadd kien imiss il-kategorija tat-Timijiet meta s-seed numru 4 Mondjali tar-ranking FISFT Teams, Bormla Subbuteo Club, kienu seed numru 1 fi  Grupp 1 u minn hawn ‘il quddiem Bormla SC ma ħarsux lura fejn rebħu l-logħob kollu ta’ Grupp 2 b’rebħiet identiċi ta’ 4-0 kontra Hennuyer B tal-Belġju u Yorkshire B tar-Renju Unit u 2-1 ma’ Elstow ukoll tar-Renju Unit fil-kwarti tal-finali.

Huma reġgħu rebħu 4-0 ma’ White Star tal-Ingilterra u bl-istess skor identiku ta’ 4-0 fis-semi-final kontra Wobbly tal-Ingilterra, biex fil-finali reġgħu affrontaw lil Elstow tar-Renja Unit, u l-logħba spiċċat 2-2, iżda finalment rebħu Bormla b’żewġ goals vantaġġ. It-Tim kien kompost minn Jason Pisani, Mauro Camilleri,, John Zammit, George Ebejer u l-Belġjan Bessim Golger.

Il-kompetizzjoni li jmiss għal Bormla Subbuteo Club tkun l-ECSTFA Champions League f’Eugies, il-l Belġju fl-aħħar ta’ Ottubru. Grazzi tmur għal #VisitMalta #exploremore, SportMalta, Fondazzjoni Kottonera, Euro Club Hotel, Watson’s Pub, Mykonos by Yiamas u Cospicua Dynamos.

Ekonomija

Sport