Monday, May 13, 2024

Table-tennis: Żewġ timijiet ta’ Sharp Shot Academy jiġu promossi għat-tielet diviżjoni

Aqra wkoll

Żewġ timijiet mill-istess akkademja iġifieri Sharp Shot Academy Xiom u Sharp Shot Academy Playmobil kisbu l-promozzjoni għat-tielet diviżjoni meta rebħu l-partiti rispettivi tagħhom fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat tar-raba’ diviżjoni tat-table tennis.

Sharp Shot Academy Xiom għelbu lil Alpha Youths 5-1 filwaqt li Sharp Shot Academy Playmobil iddominaw il-konfront kontra Topspin TT Academy Kanter 6-0.

Fl-istess waqt tim ieħor iġifieri Sharp Shot Academy Petrolea għadda għall-play-offs finali wara riżultat pożittiv ta’ 5-1 kontra Alpha Firebolt.

Sadanittant hekk kif ma kienx hemm logħob mill-ewwel u t-tieni diviżjoni, fit-tielet diviżjoni l-leaders HITT Academy Sports Experience baqgħu konsistenti wara rebħa ta’ 5-1 kontra r-rivali diretti Alpha Dynatec sabiex issa fetħu erba’ punti vantaġġ fuq l-istess avversarji.

Sadanittant dawn kienu r-riżultati kollha tal-logħbiet li ntlagħbu din il-ġimgħa:

It-Tielet Diviżjoni – Grupp tal-Promozzjoni

Kindred vs Alpha Sensus 1-5

Alpha Dynatec vs HiTT Academy Sports Experience 1-5

HiTT Academy Knights vs Topspin TT Academy Valletta Pay Munro 2-4

It-Tielet Diviżjoni – Grupp tar-Relegazzjoni

Alpha Codexx vs HiTT Academy Masters 3-4

Ir-Raba’ Diviżjoni – Grupp tal-Promozzjoni

Sharp Shot Academy Petrolea vs Alpha Firebolt 5-1

Sharp Shot Academy Flick vs PBC Table Tennis Bluestorm 6-0

Sharp Shot Academy Playmobil vs Topspin TT Academy Kanter 6-0

Sharp Shot Academy XIOM vs Alpha Youths 5-1

Ir-Raba’ Diviżjoni – Grupp tal-Klassifikazzjoni

MITTC Butterfly Mizuno vs HiTT Academy Kyte Consultants 4-2

Alpha Nexxus vs HiTT Academy Faraxa 2-4

Topspin TT Academy Beta vs MITTC Butterfly ZLC 2-4

KLASSIFIKA – IT-TIELET DIVIŻJONI

GRUPP TAL-PROMOZZJONI

HITT Academy Sports Experience 43, Alpha Dynatec 39, Alpha Sensus 41, Kindred 35, Top Spin TT Academy Pay Munro 29, HITT Academy Knights 25.

GRUPP TAR-RELEGAZZJONI

Alpha Codex, HITT Academy Masters 29, Top Spin TT Academy Skelton 28, HITT Academy 5Q 20, MITTC Tenergy 18, Top Spin TT Academy Omagaed 16.

KLASSIFIKA – IR-RABA’ DIVIŻJONI

GRUPP TAL-PROMOZZJONI

Sharp Shot Academy Xiom 21, Sharp Shot Academy Playmobil 19, Sharp Shot Academy Petrolea 17, Alpha Firebolt, Alpha Youths 13, PBC Table Tennis Bluestorm, Sharp Shot Academy Flick 11, Top Spin TT Academy Kanter 7

GRUPP TA’ KLASSIFIKAZZJONI

MITTC Butterfly Mizuno 19, Sharp Shot Academy Omega 15, HITT Academy Midea 13, MITTC Butterfly ZLC 12,HITT Academy Faraxa 11, Sharp Shot Academy Novus , HITT Academy Kyte Consultants, Alpha Nexus 10 , Top Spin Academy Beta 8.

Sport