Friday, November 1, 2024

TAGĦRIF DWAR IR-ROĦS FIL-KONTIJIET TAL-ENERĠIJA

Aqra wkoll

Il-familji Maltin se jibdew ikunu jafu kemm qed jiffrankaw f’kull kont tal-elettriku u l-ilma li jirċievu. Dan se jsir permezz ta’ ittra li qed tintbagħat mill-ARMS li fiha qed tispjega dan is-servizz ġdid lill-konsumaturi.

B’hekk il-poplu Malti issa jista’ jkun jaf kemm iffranka meta mqabbel ma’ x’kien jiġri li kieku l-prezzijiet tħallew jiċċaqilqu skont il-prezz internazzjonali. Ma nistgħux għalhekk ma nfaħħrux din l-inizjattiva li se tkun qiegħda tagħti
aktar informazzjoni lill-familji biex ikunu jafu kemm qegħdin jiffrankaw
mill-kont tad-dawl u anke dwar issussidju li qed ikun assorbit mill-Gvern.

Fil-kuntest ta’ dan kollu, huwa tajjeb li nfakkru kif il-prezzijiet tal-enerġija f’pajjiżna m’għolewx u baqgħu stabbli. Dan minkejja ż-żidiet fil-prezzijiet globali taż-żejt u lgass, kawża tal-isfidi li nħolqu millpandemija u kriżijiet oħra internazzjonali fosthom il-gwerer.

Ta’ min ifaħħar għalhekk id-deċiżjoni strateġika li ttieħdet millGvern Malti li f’pajjiżna dawn it-tariffi jibqgħu stabbli u b’hekk il-piż ma nxteħitx fuq il-poplu Malti u Għawdxi jew in-negozji lokali. Deċiżjoni mill-aktar kruċjali li pajjiżi oħra ma
għamlux.

Ir-realtà turi li konsistentement bħala pajjiż qed ikunu investiti miljuni ta’ ewro biex din id-deċiżjoni tinżamm fis-seħħ. Ma hemmx dubju li dan is-sussidju huwa l-aktar miżura b’saħħitha kontra l-inflazzjoni.

Għandna għax nifhmu wkoll, bħalma ddikjara kemm-il darba lPrim Ministru nnifsu, li dan is-sussidju se jkompli. Fil-fehma tagħna, dan hu importantissimu kemm
għall-konsumaturi u anke għan-negozji.

Irridu ngħidu wkoll li ma jfissirx li għax hemm is-sussidju fuq l-enerġija, wieħed għandu jabbuża u jiġi jaqa’ u jqum mill-konsum. Wieħed ma jridx jinsa li l-ħela li nistgħu naħlu bħala konsumaturi qiegħed iħallas għaliha l-Gvern u din hi spiża
fuq l-istess Gvern.

Għalhekk filwaq li nemmnu li l-Gvern għandu jibqa’ jagħti sostenn f’dan ir-rigward, nesiġu wkoll li l-konsumatur jara li jkun effiċjenti fil-konsum u jnaqqas
il-ħela.

1 kumment

  1. Prosit ARMS hekk ghandu jkun biex il poplu jkun jaf xqed jiffranka ma kull kont li jircivi.Mhux bhal ma kien jaghmel il pn irahhas il petrol b’one cent u gimgha wara jgholli listess petrol 6 cents fil litru.Trid tkun veru cuc biex tivvota lillin ta lilu nifsu €501.16centezmu u lill haddiem tawh €1.16 cents.Maltin zommu fmohhkom min veru jridlek il gid.

Comments are closed.

Sport