Saturday, May 4, 2024

“Tal-mistħija li ninħbew wara keyboard u nfajru kummenti razzjali bl-addoċċ”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dan is-sit ħa wkoll r-reazzjoni tal-Ministru għall-Inklużjoni Julia Farrugia Portelli b’rabta ma’ dawn il-kummenti li baqgħu jiċċirkolaw fil-midja sa sigħat wara l-aħbar tal-mewt tas-Somalu Ahmed Diriye. Hija sostniet li dawn il-kummenti dispreġjattivi ma jirriflettux il-valuri veru tal-maġġoranza tal-Maltin.

“Tal-mistħija li għad għandna mibgħeda razzjali fostna. U tal-mistħija li nkomplu ninħbew wara keyboard biex infajru bl-addoċċ kummenti li qegħdin biċ-ċar iwettqu reat”, saħqet il-Ministru Farrugia Portelli.

Hija tistaqsi “Kieku ibnek jew xi ħuk li hu abjad jiġi trattat b’dan il-mod meta jkun imsiefer f’pajjiż fejn il-maġġoranza huma suwed, kif tħossok? Aċċettabbli għalik li min hu abjad jiġi mgħajjar sempliċiment għax hu abjad? Le. Dan hu l-prinċipju bażiku li hu mħares fil-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna.”

Il-Ministru fakkret li hatecrime mhu qatt u qatt aċċettabbli u li riċentament fil-Parlament Malti ntbagħat messaġġ b’saħħtu li hatecrime fuq anzjani u persuni b’diżabbiltà issa sar estiż ukoll, u allura llegali bl-emendi fil-liġi li tressqet.

Sport