Il-Breeds of Origin Conservancy (BOC) ressqet talba biex il-mogħża ndiġena tal-gżejjer Maltin tiġi klassifikata u ddikjarata bħala ‘Popolazzjoni Tradizzjonali’ li tinsab f’qagħda kritika, u r-razza rikonoxxuta bħala waħda ‘Lokali’ u mhedda.
Ta’ min wieħed jgħid li kien hemm żmien meta t-trobbija tal-mogħoż bdiet tonqos u dan anke minħabba il-marda tad-deni irqiq.
Minkejja dan, il-mogħża minn dejjem kienet importanti għall-bdiewa tagħna u għall-għajxien tal-poplu.