Mara Taljana ilha “maqbuda” fl-Arabia Saudita għal dawn l-aħħar tliet xhur. Magħha għandha lil bintha ta’ sentejn u ilha tittama li tkun tista’ tirritorna lura l-Italja, iżda l-ebda tentattiv ma rnexxa.
Il-midja Taljana qiegħda tirraporta li Angela Rovera li hija mill-provinċja ta’ Cuneo fl-Italja kienet iddeċidiet li tmur vaganza flimkien ma’ żewġha biex tkun tista’ tara l-familja tiegħu.
Iżda hekk kif waslu fl-Arabia Saudita, żewġha ħadilha l-passaporti kemm tagħha u anke ta’ bintha u qafilha f’dar. Skont l-istess rapport fil-midja Taljana, il-mara u bintha allegatament huma ta’ sorveljanza kontinwa anke permezz ta’ kameras tas-sigurtà.
L-Avukati tagħha fl-Italja qegħdin jipprova jagħmlu dak kollu posibbli biex l-awtoritajiet jintervjenu u l-omm u l-bint jirritoranw l-Italja, iżda kollox qiegħed isir b’kawtela kbira minħabba s-sigurtà tagħhom stess.

