Li naċċetta r-rwol ta’ CEO tal-Partit Laburista hija responsabbiltà li qed nilqa’ bl-akbar umiltà. Jien u nara l-mijiet ta’ messaġġi sbieħ li rċevejt f’dawn l-aħħar jiem mingħand attivisti, ħbieb u familji, ħassejtni tassew imċekken. Grazzi lil kull wieħed u waħda minnkom minn qiegħ qalbi.”
Hekk iddikjara l-Kap Eżekuttiv Ivan Fazon permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali ftit jiem wara li ngħata l-kariga.
“Iżda l-kariga mhi xejn mingħajr missjoni, u jien ma nistax nagħmel din waħdi. Jien bin sajjied Għawdxi, u missieri għallimni li tista tkun l-aqwa sajjied, imma xorta, qabda tajba tiddependi mill-baħar aktar milli minnek. Is-saħħa vera tal-Partit Laburista qatt ma kienet fis-swali tal-poter; is-saħħa tagħna dejjem kienet mill-kotra, min-nies tagħna. Għalhekk, qed nistieden lilkom ilkoll biex flimkien din l-enerġija pożittiva nsarrfuwha f’ħidma konkreta għall-moviment tagħna. Għandna bżonn l-ideat tagħkom biex nsawru l-ġejjieni, il-preżenza tagħkom illum fil-ħidma fost il-komunitajiet tagħna, u s-sapport sħiħ tagħkom biex nibqgħu saqajna mal-art,” kompla jikteb Falzon.
Falzon itemm il-messaġġ tiegħu billi kiteb “agħmlu kuntatt, kellmuna, u għidulna kif tixtiequ tgħinu. Ejjew flimkien nagħmlu dal-kapitlu wieħed ta’ saħħa kollettiva li bħalha qatt ma rajna.”

