Sunday, May 5, 2024

Tazza Franċiża: Kylian Mbappe jidħol fil-kotba tar-rekords ta’ Paris SG

Aqra wkoll

Kylian Mbappe sar l-ewwel player fl-istorja ta’ Paris Saint-Germain li skorja ħames goals f’logħba waħda hekk kif il-leaders tal-Kampjonat Franċiż kisbu rebħa dominanti fuq it-team tad-dilettanti, Pays de Cassel.

Fil-partita valida mir-round tal-Aħħar 32 tat-Tazza Franċiża, Paris St Germain ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 7-0. Inċidentalment, Mbappe ngħata wkoll l-inkarigu li jkun il-captain tat-team għall-ewwel darba. 

Kif jindika r-riżultat, din il-partita ma kellha l-ebda storja iżda se tibqa’ mniżżla fil-kotba tar-rekord ta’ club Pariġin. 

Il-goals ta’ Mbappe waslu fid-29, 34, 40, 56 u 79 minuti biż-żewġ goals l-oħra jkunu skorjati minn Neymar (33) u Carlos Soler (64). 

Sport