Saturday, May 4, 2024

Telaq lil martu għal Ukrena li laqgħu bħala refuġjata ftit tal-ġimgħat ilu

Aqra wkoll

Mara Ukrena spiċċat fuq l-aħbarjiet internazzjonali wara li bdiet relazzjoni mar-raġel ta’ koppja li laqgħuha f’darhom bħala refuġjata.

Sofiia Karkadym ta’ 22 sena bdiet tgħix ma’ Tony Garnett ta’ 29 sena, martu Lorna u ż-żewġt uliedhom fi Bradford f’Mejju li għadda wara li ħarbet mill-gwerra fi Lviv.

Jidher li r-raġel fi ftit jiem spiċċa sar iħobb lill-Ukrena u beda relazzjoni magħha filwaqt li telaq lill-mara tiegħu Lorna.

Filwaqt li Lorna b’qalbha maqsuma allegat li Sofiia mill-ewwel xeħtet għajnejha fuq żewġha billi bdiet toqgħod ħafna attenta kif tidher u tilbes imqaċċat, Sofiia ċaħdet li hi kellha xi ħsieb li jiġri dan kollu.

L-istorja ta’ Sofiia nxterdet f’Mejju li għadda meta hi ddeskriviet kemm kienet diffiċli ħajja fil-gwerra u l-fatt li kellha tħalli kollox warajha. 

Spjegat li l-unika tama li kellha biex tgħix kienet li tfittex kenn fir-Renju Unit u għalhekk applikat għal xi ħadd li jagħtiha kenn. 

Il-koppja għażlu li joffru tama lill-Ukrena, iżda meta din bdiet tgħix magħhom, ir-raġel beda jqatta’ ħafna ħin jara t-televiżjoni u jitkellem magħha. Sofiia kienet tgħid lil Lorna li hi ssibha komda tiftaħ qalbha miegħu wara dak kollu li għaddiet minnu.

Lorna min-naħa tagħha bdiet tinduna x’kien qiegħed jiġri u meta bdiet tissuspetta ħażin talbet lil żewġha biex Sofiia tfittex xi mkien ieħor. Hawnhekk hu ssorprendieha meta qalilha li jekk kienet se titlaq hi kien se jitlaq warajha.

Sport