It-tifel Malti li qiegħed jiġġieled kundizzjoni fil-Pulmun irċieva telefonata li qatt ma kien jobsor waqt li kien qiegħed jirkupra fl-Isptar.
Wara ġurnata ta’ trattamenti, iċ-ċkejken Henry ma setax ikollu mument aħjar hekk kif irċieva telefonati mingħand id-Dj ta’ fama internazzjonali Martin Garrix u dak lokali Shaun Farrugia.
Kollox beda minn story fuq il-midja soċjali li xerrdet l-omm Lorinda fejn Henry deher ikanta b’ċertu muża parti mill-kollaborazzjoni ta’ dawn it-tnejn ‘Starlight’. Iż-żewġ artisti awguraw liċ-ċkejken li jirkupra kemm jista’ jkun malajr.
L-omm, Lorinda hija hi stess sors ta’ ispirazzjoni għal binha u ħafna oħrajn u dan hekk kif anke hi rnexxielha tegħleb il-marda tal-kanċer.