Monday, December 9, 2024

TEMPESTI FIL-MEDITERRAN

Aqra wkoll

M’ilux daqstant, tempesta qalila laħqet lill-kosta Libjana mill-baħar wara li evitat bi żbrixx lil Malta, u wettqet hemm ħsarat enormi b’imwiet ta’ mijiet ta’ nies. Tempesti qawwija ħarbtu l-Adrijatiku fl-aħħar snin. Għall-bidu tat-tellieqa Rolex tal-jottijiet tal-qlugħ dis-sena, tempesta li laqtet lid-dgħajjes involuti bejn Malta u Sqallija issemmiet bħala l-aqwa waħda u l-aktar perikoluża li l-parteċipanti qatt ġarrbu.

Fl-aħħar ġranet, faqqgħet it-tempesta li kkawżat qerda u imwiet bla qies fiż-żona ta’ Valencia. Minnu li l-Mediterran dejjem kellu l-fama ta’ baħar fejn ifawru tempesti mil-aktar perikolużi. Mix-xogħlijiet ta’ Omeru sal-Atti tal-Appostli sar-rakkonti dwar in-Navy Ingliża miktuba mir-rumanziera ta’ żmien ir-reġina Vittorja, dil-ħaġa baqgħet tingħata prominenza. Biss, jidher li issa l-iskala ta’ dawn it-tempesti ħadet xejra dejjem aktar vjolenti u mgħaġġla, minħabba l-bidla li għaddejja fil-klima tad-dinja.

X’jista’ jiġri f’Malta jekk din tintlaqat minn tempesta tal-istess qawwa bħal f’ta’ Valencia? Jeħtieġ nagħtu ħsieb serju dwar eventwalità li mhijiex daqstant remota daqskemm konna naħsbu.

KIF ISIRU L-PJANI

Jekk il-bniedem jistax jippjana l-futur tiegħu, hi mistoqsija li ntlaqgħet bi tweġibiet differenti skont l-epoka li fiha tqajmet, skont kif in-nies kienet taħsibha dwar kemm tista tipprevedi l-futur u skont il-metodi li ntużaw biex jitfasslu l-pjani.

Fi żmien l-Unjoni Sovjetika, it-teknoloġija tal-ippjanar kienet kundizzjonata mit-tmexxija ċentrali tal-ekonomija li kienet mija fil-mija f’idejn l-istat. Fil-pajjiżi b’demokrazija parlamentari u ekonomija privata, tqanqlu l-proposti minn uħud li l-ippjanar ma kienx jiswa f’ekonomija liberali ta’ suq “ħieles” għax trid tkun it-tensjoni bejn xerrej u bejjiegħ li tiddetermina kif isir l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Kien hemm oħrajn li qiesu li seta’ u messu jsir ippjanar anke f’ekonomija liberali, biss kellu jkun differenti minn dak tas-Sovjetiċi.

L-ewwel perspettiva rebħet. Madankollu, fl-aħħar żminijiet, il-boxxla dwar l-ippjanar reġgħet bdiet tiċċaqlaq b’mod diffferenti.

X’SE JINBIDEL?

Issa li t-tensjoni tal-kampanja għall-elezzjoni presidenzjali Amerikana ttaffiet, it-tensjoni l-ġdida  li se tinħass tippernja fuq x’se jiġri issa? x’se jinbidel?

Wara kampanja elettorali bħal din, diffiċli timmaġina li mhux se jkun hemm bidliet ta’ ċertu importanza. Imma x’aktarx se jiġri li fl-interventi li se jkunu qed isiru mill-Amerikani barra l-fruntieri tagħhom, ftit se tinħass bidla. Ikun min ikun President Amerikan, dejjem ġara li ftit li xejn inbidlu l-metodi konkreti, mill-“viċin” li bihom l-Istati Uniti ddefendew l-interessi tagħhom barra l-pajjiż.

Dan ġaraanke meta l-kontendenti għall-Presidenza kellhom pożizzjonijiet aktar kontrastanti minn dawk tal-aħħar elezzjoni, anke jekk kienu wisq aktar prudenti fl-argumenti minn dawk li smajna fl-aħħar xahar.

Ekonomija

Sport