Thursday, May 9, 2024

Tennis: Djokovic eliminat minn Indian Wells minn Taljan ta’ 20 sena

Aqra wkoll

In-numru wieħed tad-dinja, Novak Djokovic, ġie eliminat fit-tielet round tat-tournament ta’ Indian Wells miż-żagħżugħ ta’ 20 sena Taljan, Luca Nardi. 

L-ironija hija li, Nardi li huwa kklassifikat fil-123 post fid-dinja kien eliminat fl-istadju tal-kwalifikazzjoni iżda reġa’ ddaħħal fil-kompetizzjoni minħabba li r-rebbieħ tiegħu kellu jirtira minħabba raġunijiet personali. 

Huwa ħareġ rebbieħ 6-4 3-6 6-4 kontra s-Serb li rebħa xejn inqas minn 24 Grand Slam. 

“Dan huwa mument tal-ġenn. Din hija biss ħolma,” qal Nardi li huwa l-iżgħar player li qatt għeleb lil Djokovic fil-livell tal-ATP Masters 1000 jew tal-Grand Slam.

“Ma nafx kif żammejt in-nerv tiegħi … naħseb li huwa miraklu, għax jien żagħżugħ ta’ 20 sena .. biex irnexxieli nirbaħ lil dan il-ġgant.”

Sport