Wednesday, April 24, 2024

Isofri ġrieħi gravi wara li nqabad fil-kabina ta’ vann

Aqra wkoll

Raġel ta’ 29 sena sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10.30pm nqabad fil-kabina ta’ vann.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li huma ġew informati li kien seħħ inċident f’tarzna f’Bormla.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li vann Iveco misjuq minn Taljan ta’ 38 sena residenti Bormla ħabat ma’ struttura tal-ħadid b’konsegwenza li passiġġier, barrani ta’ 29 sena ġarrab xi ġrieħi u nqabad fil-kabina tal-vann.

Huwa ngħata l-għajnuna minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku.

Ftit tal-ħin wara huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ilbieraħ: Raġel jiddaħħal l-Isptar b’urġenza wara li nqabad bejn trakk u ħajt

Il-persuna li safa maqbud bejn ħajt u trakk hu raġel. Dan is-sit għandu informazzjoni li l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili rnexxielhom joħorġu lir-raġel mill-post fejn kien maqbud.

Fuq il-post kien hemm bil-lest tim mediku b’ambulanza li ħadu lir-raġel l-Isptar Mater Dei.

S’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Aktar kmieni: Operazzjoni ta’ salvataġġ delikata wara li persuna safa’ maqbud bejn ħajt u trakk

Bħalissa l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin b’operazzjoni delikata biex tiġi salvata persuna li għal xi raġuni nqabdet bejn trakk u ħajt qrib sew Palumbo Shipyard.

Dan is-sit jinsab informat li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-10.15pm. Fuq il-post hemm ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jagħtu l-ewwel għajnuna lill-persuna nvoluta.

Nifhmu li l-pulizija jinsabu wkoll fuq il-post biex jinvesigaw il-każ.

Aktar dettalji kif jaslulna…

Sport