Friday, November 8, 2024

Tennis: Nadal jirritorna b’rebħa iżda jitlef fit-tieni round

Aqra wkoll

Rafael Nadal gawda minn bidu rebbieħ fil-Barcelona Open hekk kif irritorna minn injury oħra fit-tul f’dik li tista’ tkun l-aħħar sena tiegħu qabel jirtira.

Iċ-champion ta’ 22 titlu tal-Grand Slam, li jagħlaq 38 sena f’Ġunju, rebaħ 6-2 6-3 kontra t-Taljan bla esperjenza Flavio Cobolli fil-partita tal-ewwel round nhar it-Tnejn.

Issa kklassifikat fis-644 post, Nadal kien qed jilgħab għall-ewwel darba minn Jannar minħabba korriment fil-ġenbejn u kwistjonijiet addominali.

Wara li rtira mill-French Open tas-sena l-oħra bil-problema tal-ġenbejn, l-eks numru wieħed tad-dinja qal li ppjana li jirtira fi tmiem dan l-istaġun għalkemm issa tenna li se jibqa’ jilgħab sakemm iħoss li hija vijabbli.

Iżda meta fit-tieni round Nadal iltaqa’ kontra Alex De Minaur huwa sab ostaklu diffiċli fl-Awstraljan li għelbu f’żewġ sets, 7-5, 6-3 f’sigħa u 51 minuta.

De Minaur, li jinsab fir-raba’ post fir-rankings tad-dinja, qed ikollu wirjiet impressjonanti u din ir-rebħa kienet waħda minnhom.

Sport