Tuesday, April 30, 2024

Tennis: Naomi Osaka eliminata mill-French Open

Aqra wkoll

Il-Ġappuniża, Naomi Osaka, sfat eliminata mill-French Open meta fl-ewwel round hija sfat megħluba mill-Amerikana li hija rrankjata fis-27 post, Amanda Anisimova, 7-5 6-4. 

Fil-kummenti tagħha wara din it-telfa, Osaka sostniet li hija tista’ taqbeż Wimbledon wara li l-ATP u l-WTA Tours ħabbru l-ġimgħa li għaddiet li mhux se jingħataw punti ta’ rankings minħabba li Wimbledon waqqaf għal kollox tennisti mill-Belarus u r-Russja milli jikkompetu. 

“Għadni ma ħadtx id-deċiżjoni tiegħi, iżda qed nikkunsidra  li ma nilgħabx minħabba ċ-ċirkostanzi attwali … iżda nista’ nibdel id-deċiżjoni tiegħi,” qalet Osaka fi tweġiba bl-Ingliż għal mistoqsija bil-Ġappuniż. “M’inix ċerta għaliex, iżda qed nħoss li jekk nilgħab f’Wimbledon mingħajr seedings, aktar inqisha bħala wirja milli tournament kompetittiv. Kull meta naħseb li l-logħbiet se jkunu bħala wirja, aktar nitbiegħed milli nieħu sehem,” temmet tgħid Osaka. 

Sport