Friday, September 4, 2026
Home Sport Tennis: Nick Kyrgios jingħata sospensjoni ta’ xahar wara li nstab pożittiv għall-kokaina

Tennis: Nick Kyrgios jingħata sospensjoni ta’ xahar wara li nstab pożittiv għall-kokaina

0
48
FILE PHOTO: Tennis - 'Battle of the Sexes' - Nick Kyrgios v Aryna Sabalenka - Coca-Cola Arena, Dubai, United Arab Emirates - December 28, 2025 Australia's Nick Kyrgios celebrates after his match against Belarus' Aryna Sabalenka REUTERS/Amr Alfiky/Pool/File Photo

It-tennista Awstraljan ta’ 31 sena, Nick Kyrgios,  huwa eliġibbli biex jirritorna għat-tennis wara li temm sospensjoni ta’ xahar talli nstab pożittiv għall-kokaina. 

Il-kampjun ittieħed waqt il-Mallorca Open, f’Ġunju li għadda, u kien fih benzoylecgonine, metabolit tal-kokaina. 

Kyrgios ammetta li kien uża l-kokaina f’Magaluf, barra mill-kompetizzjoni, u għalhekk l-ITIA naqqset is-sospensjoni potenzjali ta’ tliet xhur wara li daħal fi programm ta’ trattament. 

Minbarra s-sospensjoni, tilef ukoll €6,570 fi premju. Il-karriera tiegħu ġiet affettwata minn injuries fl-irkoppa u fil-polz, u dan l-istaġun lagħab biss erba’ logħbiet tas-singles.

Kyrgios ilu figura kontroversjali minħabba l-imġieba tiegħu fil-court u kummenti kontroversjali. 

Madankollu, huwa wkoll tkellem b’mod miftuħ dwar il-problemi tiegħu mas-saħħa mentali. 

Fil-karriera tiegħu huwa rebaħ seba’ titli ATP u wasal sal-finali ta’ Wimbledon fl-2022.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here