Tennis: Ritorn ta’ Serena Williams?

0
662
Tennis - Wimbledon - All England Lawn Tennis and Croquet Club, London, Britain - June 28, 2022 Serena Williams of the U.S. leaves court after losing her first round match against France's Harmony Tan REUTERS/Matthew Childs TPX IMAGES OF THE DAY

It-tennista Serena Williams tkellmet f’intervista ma’ ġurnal Amerikan fejn qalet li għalkemm li rtirat mit-tennis kompetittiv, hi xorta waħda ma qalitx li li se ddendel ir-rakketta tat-tennis. 

Meta mistoqsija jekk eventwalment id-dilettanti tat-tennis humiex se jarawha lura fil-court, Williams, li pparteċipat fil-US Open matul is-sajf li għadda, la kkonfermat u lanqas ċaħdet.

Fl-istess ġurnali Amerikani, ħafna qed jgħidu li jaf ikun hemm ritorn ta’ Williams fil-kompetizzjonijiet ewlenin tat-tennis.