Thursday, May 9, 2024

Terremot qawwi jheżżeż il-Majjistral tan-Nepal

Aqra wkoll

Terremort qawwi fl-aħħar ħinijiet heżżeż il-Majjistral tan-Nepal fejn skont l-ewwel rapport fil-midja internazzjonali s’issa diġà nstabu madwar 40 persuna bħal ħajja.

Ma’ dawn hemm mijiet kbar ta’ persuni midrubin li bil-mod il-mod qegħdin jinħarġu minn taħt it-tifrik tal-bini li ġġarraf.

Il-ħaddiema tas-salvataġġ qegħdin jagħmlu dak kollu posibbli biex isalvaw kemm jista’ jkun nies, u għalhekk għaddejjin bi ġlieda kontra l-ħin.

Uffiċjali qalu li t-terremot kien ta’ qawwa ta’ 6.4 fuq l-iskala Richter. L-aktar żoni milqutin huma dawk ta’ madwar il-belt ta’ Jajarkot liema belt tinsab 500 kilometru ‘l bogħod mill-kapitali.

“Għadu kemm seħħ terremot qawwi ħafna. Smajna ħsejjes qawwija ta’ djar jiġġarfu. Għadna qegħdin niġbru l-informazzjoni. Ordnajna lill-armata u lill-uffiċjali tal-Pulizija biex kulħadd jidħol xogħol. Bħalissa l-ħaddiema tas-salvataġġ qegħdin jaslu fiż-żoni milquta u bdew jinħarġu xi vittmi,” qal Suresh Sunar, uffiċjal għoli tal-belt ta’ Jajarkot.

Kawża tat-terremot iż-żoni milqutin spiċċaw mingħajr komunikazzjoni ta’ xejn u għalhekk il-ħidma tas-salvataġġ qiegħda tkun aktar diffiċli.

Sport