Saturday, May 4, 2024

Terremot ta’ qawwa 7.4 jheżżeż lit-Tajwan, s’issa 4 persuni mejtin

Aqra wkoll

Terremort ta’ qawwa 7.4 fuq l-Iskala Ritcher heżżeż lit-Tajwan fejn l-ewwel rapport qegħdin jgħidu li hemm mill-inqas 4 persuni mejtin.

Ma’ dawn jista’ jkun hemm ħafna oħrajn hekk kif ħafna mill-bini ġġarraf u l-ħaddiema tas-salvataġġ qegħdin bi ġlieda kontra l-ħin biex joħorġu kemm jista’ jkun hemm persuni minn taħt it-tifrik.

Iċ-ċentru tat-terremot kien fin-Nofsinhar tal-gżira eżatt fir-reġjun ta’ Hualien. Dan hu reġjun remot fejn hemm ħafna muntajni u konsegwenza ta’ dan kien hemm valangi kbar li komplew jagħmlu x-xogħol tal-ħaddiema tas-salvataġġ ferm aktar diffiċli.

Mill-ewwel il-Gvern tal-pajjiż ħareġ twissija għolja ħafna ta’ tsunami fejn eluf kbar ta’ persuni ġew mitlubin biex jitilqu minn djarhom u jsir kemm f’żoni aktar siguri.

Sport