Tfajla ta’ madwar 24 sena sofriet ġrieħi wara li għall-ħabta tal-4.15pm kienet involuta f’inċident bil-quad bike fit-triq li twasslek għal Wied il-Mielaħ fl-Għasri.
Magħha kien hemm ġuvni li ma sofra l-ebda ġrieħi. Jirriżulta li għal xi raġuni tilfu l-kontroll tal-quad bike bil-konsegwenza li t-tfajla spiċċat mal-art.
Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza fejn taw l-ewwel għajnuna lit-tfajla. Wara hija ttieħded l-Isptar għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tagħha s’issa għadha mhix magħrufa.