Sunday, December 1, 2024

Tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-Afghanistan

Aqra wkoll

Diversi għaqdiet internazzjonali fosthom Amnesty International qegħdin juru tħassib serju dwar id-drittijiet tal-bniede fl-Afghanistan.

Il-grupp tat-Talibani bdew era ġdida ta’ abbuż ta’ drittijiet tal-bniedem u vjolenza kontra l-poplu tagħhom stess wara li fil-15 ta’ Awwissu ta’ sentejn ilu ħadu l-kontroll mill-ġdid tal-pajjiż.

It-Talibani meta ħadu l-poter qalu li kienu se jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u mhux se jmexxu kif kienu jmexxu qabel ma ġew attakkati mill-forzi Amerikani. Iżda ftit xhur wara biss bdew “gwerra” kontra d-drittijiet tan-nisa fejn bil-mod il-mod beda ineħħulhom id-drittijiet kollha li kellhom fosthom id-dritt tal-edukazzjoni.

Imbgħad miżuri li ttieħdu fuq il-poplu kollu kien hemm li tneħħiet il-libertà tal-espressjoni, li wieħed jiftaħ negozju tiegħu, li jkun hemm Qorti li timxi b’mod ġust u drittijiet oħrajn.

Reġgħu daħlu liġijiet ta’ tortura, persuni li jiġu arrestati u jisparixxu mill-pajjiż ħafna drabi għax jinqatlu. Ġurnalisti, attivisti, persuni li jaħdmu favur id-drittijiet tal-bniedem, artisti, akkademiċi, reliġjużi u minoranzi huma kollha projbiti mill-pajjiż.

NGOs qegħdin jgħidu li dawn l-abbużi li kulħadd jaf bihom għandhom jieqfu b’mod immedjat minħabba li l-poplu Afgan ma jistax jibqa’ jgħix b’dan il-mod.

Iżda minkejja dan bħal donnu d-dinja mhux qiegħda tagħti każ ta’ dak li qiegħed jiġri fl-Afghanistan bil-konsegwenza li d-drittijiet tal-bniedem se jkomplu jmorru ħafna lura.

Sport