Wednesday, December 25, 2024

Tħassib dwar l-effettività tat-tilqim kontra varjant ġdid tal-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa se tkun qiegħda tiltaqa’ fis-sigħat li ġejjin biex tevalwa l-varjant il-ġdid li nstab fl-Afrika t’Isfel. Skont l-ewwel investigazzjonijiet jidher li dan il-varjant jista’ jkun l-agħar varjant tal-virus minn fost dawk identifikati s’issa.

F’din il-laqgħa l-WHO se tkun qiegħda tiddetermina l-klassifikazzjoni tal-varjant B.1.1.529.

Il-Professur Tulio de Oliveira, li jmexxi ċ-ċentru fl-Afrika t’Isfel li jistudja l-epidemiji, qal li dan il-varjant huwa differenti ħafna mill-varjanti l-oħra.

Huwa spjega li filwaqt li l-varjant Delta nbidel darbtejn, dan il-varjant inbidel 10 darbiet fuqu nnifsu u b’hekk hemm tħassib li l-vaċċin jista’ ma jkunx biżżejjed effettiv kontrih.

Sa minn ftit sigħat wara l-aħbar tas-sejba ta’ dan il-varjant, għadd ta’ mexxejja; inkluż il-Ministru tas-Saħħa f’pajjiżna, ħabbru restrizzjonijiet ta’ vjaġġar lejn pajjiżi li fihom ġew identifikati każi ta’ dan il-varjant.

Ekonomija

Sport