Sunday, December 22, 2024

Tħassib dwar xogħlijiet ta’ kostruzzjoni f’għalqa biswit it-Torri Ruman f’Tal-Wilġa

Aqra wkoll

Is-Sindku tas-Siġġiewi Dominic Grech kiteb lis-Sovintendenza tal-Patrimonju Kulturali dwar xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li għaddejjin fil-preżent biswit il-fdalijiet ta’ Torri Puniku – Ruman f’Tal-Wilġa f’żona bejn is-Siġġiewi u l-Imqabba. 

Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, Grech qal li l-preokuppazjoni tiegħu u ta’ persuni oħra li ġibdulu l-attenzjoni huma relatati ma’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni f’għalqa biswit dan is-sit. 

Dan sabiex is-Sovintendenza tal-Patrimonju Kulturali flimkien mal-awtoritajiet ikkonċernati, jassiguraw li dan l-iżvilupp li qed jitwettaq ma jkunx ta’ dannu għall-fdalijiet prezzjużi ta’ dan it-torri Puniku Ruman li għadna ngawdu sal-ġurnata tal-lum.

Lura fl-1910, is-Sur Thomas Ashby skava dawn il-fdalijiet u kkonferma li dan hu sit puniku. Fl-1932 iż-żona tal-Wilġa ġiet inkluża bħala żona protetta taħt l-att dwar Affarijiet Antiki. 

Fl-1994 dan it-torri Ruman f’Tal-Wilġa ġie meqjus fil-kategorija ta’ ‘Klassi A’ għal protezzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar u b’żona ta’ preservazzjoni minn 100 metru ‘l bogħod minn dawn l-istess fdalijiet. 

Ekonomija

Sport