Tuesday, May 14, 2024

Tħassib serju dwar saħħet ir-Reġina Eliżabetta ll

Aqra wkoll

Ir-Reġina Eliżabetta II tpoġġiet taħt superviżjoni medika wara li t-tobba kienu mħassba dwar il-qagħda ta’ saħħitha.

Fi stqarrija maħruġa minn Buckingham Palace ntqal li r-Reġina kienet rakkomandata li hi tibqa’ taħt osservanza filwaqt li ġiet mitluba tibqa’ mistrieħa. Bħalissa r-Reġina tinsab fil-Kastell ta’ Balmoral, l-Iskozja, li jservi bħala r-residenza tas-sajf tagħha.

Il-qraba tagħha, inkluż il-Prinċep Harry li ħareġ mill-familja Rjali, marru minnufih ħdejha biex ikunu qribha d’dawn il-mumenti. Qrib ir-residenza nġabru bosta persuni mill-pubbliku wkoll, jistennew l-aħħar aġġornamenti dwar saħħet ir-Reġina.

Il-Prim Ministru l-ġdida tal-Ingilterra Lizz Truss qalet li l-pajjiż jinsab imħasseb b’din l-aħbar li ħarġet minn Buckingham Palace u li l-ħsibijiet tagħha u tal-bqija taċ-ċittadini jinsabu mal-maesta tagħha r-Reġina u l-familjari tagħha f’dan il-mument.

Intant il-President ta’ Malta George Vella qal li qiegħed isegwi mill-qrib l-aħħar żviluppi dwar saħħet ir-Reġina. Filwaqt li awguralha fejqan sħiħ u ta’ malajr, qal li se jżomm lill-maesta tagħha u lill-familja rjali fi ħsibijietu.

Sport