Monday, May 13, 2024

Tifel Belġjan isir l-ewwel persuna li fieq minn kanċer terminali fil-moħħ

Aqra wkoll

Tifel Belġjan ta’ 13-il sena sar l-ewwel persuna fid-dinja li fieq minn kanċer terminali fil-moħħ.

Lucas Jemeljanova kellu biss sitt snin meta tobba Franċiżi sabu li kellu tumur rari u aggressiv fil-moħħ, li joqtol 98% ta’ dawk li jkollhom dan it-tip ta’ kanċer fi żmen ħames snin.

Lucas irrisponda tajjeb għat-trattament u b’xorti tajba issa fieq. Diversi esperti tas-saħħa kienu sostnew li t-tip ta’ kanċer bħal ma kellu Lucas, normalment 10% biss tat-tfal kienu jirkupraw.

Minħabba li ftit li xejn kien hemm tama ta’ fejqan, diversi professjonisti bdew jagħmlu esperimenti fit-trattamenti u l-mediċini. Dan kien jinkludi l-mediċina li ħa l-ġuvnott biex fieq.

F’kumment mal-midja internazzjonali, it-tobba li ħadu ħsieb jikkuraw lil Lucas, spjegaw kif fl-aħħar snin, it-tumur f’moħħ Lucas beda jiċkien sakemm għeb għalkollox.

Sport