Tuesday, December 24, 2024

Tifel li twieled b’nuqqas ta’ smigħ jisma’ lill-ġenituri tiegħu għall-ewwel darba

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Li nkunu kapaċi nisimgħu hija xi ħaġa li ħafna minna forsi xi kultant ma tantx nagħtuha daqshekk importanza iżda għal dawk li jew jitwieldu jew jiżviluppaw xi problemi tas-smigħ matul il-ħajja tagħhom, is-sitwazzjoni jaf tippreżenta ruħha bħala ftit jew wisq diffiċli xi kultant. 

Fl-aħħar sigħat tifel ta’ disa’ xhur li twieled b’nuqqas ta’ smigħ ingħata rigal mill-isbaħ matul dawn iż-żminijiet ta’ festa hekk kif għall-ewwel darba f’ħajtu seta’ jisma lill-ġenituri tiegħu grazzi għal intervent li għamel li jissejjaħ ‘cochlear implant surgery’.

F’filmat li ġie ppubblikat fl-aħħar sigħat jidher iċ-ċkejken Everett Colley jirreaġixxi għall-vuċi tal-ġenituri tiegħu b’emozzjoni kbira u jdur fuq ommu li, b’ferħ kbir, ħadnitu magħha.

Ommu Ashley, minn Yorktown ġewwa l-Amerka, qalet li tinsab ċerta li r-reazzjoni tal-biċċa l-kbira tan-nies meta jsiru jafu għall-ewwel darba li t-tarbija tagħhom għandha nuqqas ta’ smigħ hija bħal tagħhom, li jfisser li jaħsbu li hija xi ħaġa orribbli. Tistqar iżda li tgħallmu li mhix daqshekk orribbli hekk kif iċ-ċkejken tagħhom għandu perspettiva lejn il-ħajja li huma m’għandhomx.

Ekonomija

Sport