Saturday, April 27, 2024

Tifel ta’ 14-il sena jweġġa’ serjament f’inċident bil-mutur

Aqra wkoll

Tifel ta’ 14-il sena weġġa’ serjament f’inċident bil-mutur.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.00p.m. ġewwa trakka tal-muturi li tinsab fi Triq ir-Rabat, in-Nadur, Għawdex.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li t-tifel waqa’ waqt li kien qiegħed isuq mutur fl-istess trakka u weġġa’.

Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport