Wednesday, April 24, 2024

Tifel ta’ 8 snin fost tlieta feruti wara li karozza baqgħet dieħla f’arblu tad-dawl f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Tliet persuni sofrew ġrieħi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5:00 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq Manuel Dimech, f’Ħal Qormi.

Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li sewwieq, ta’ 45 sena residenti Ħaż-Żebbuġ tilef il-kontroll tal-karozza tal-għamla Toyota Vitz li kien qiegħed isuq u baqa’ dieħel f’arblu tad-dawl.

Fl-istess karozza, kien hemm tliet passiġġiera; anzjan ta’ 75 sena residenti l-Marsa, mara ta’ 46 sena u tifel ta’ 8 snin. Huma ttieħdu l-Isptar permezz ta’ ambulanza li ssejħet fuq il-post. Aktar tard, l-anzjan u l-mara ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi, filwaqt li l-kundizzjoni tat-tifel għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.

Sport