Monday, May 13, 2024

Darts: Floriana Ajax Premier Cars il-leaders il-ġodda wara rebħa faċli

Aqra wkoll

Floriana Ajax Premier Cars huma l-leaders il-ġodda tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tad-darts hekk kif  għelbu lil PO’s Bar Gudja 8-0.

Il-Greens iddominaw mill-bidu sal-aħħar dan il-konfront bit-tim Gudjan li ma rnexxielux ilaħħaq mal-avversarji tiegħu.

Floriana approfittaw mir-riżultat ta’ 4-4 li ġie reġistrat fil-partita tal-ġimgħa bejn Żejtun Laċċi Gold Lady u Ħamrun Bayern A.

Ħamrun Bayern A kienu qed jirbħu 3-1  iżda reazzjoni min-naħa taż-Żejtun rathom inaqqsu l-iskor għal 4-3 sakemm Ħamrun ġabu l-iskor indaqs għar-riżultat finali ta’ 4-4.

Anke l-partita bejn Sliema Lounge A u Floriana Ajax MCP spiċċat b’riżultat ta’ 4-4 filwaqt li Birżebbuġa Lions għelbu faċilment lil Ħamrun Bayern B 7-1.

Fit-Tieni Diviżjoni, Duke’s Bar u Cox Bar kisbu rebħiet ta’ 7-1 fuq Żebbuġ Rangers DT u Leah’s Bar A rispettivament.

Birgu Boċċi Club A u Domus Men kisbu skor identiku ta’ 6-2 kontra Top Gun Marsa u Beland Żejtun rispettivament.

Żejtun Laċċi Maypole jinsabu fuq quċċata tal-klassifika tat-tielet diviżjoni wara li għelbu lil Munchies 6-2 b’Nicolo Isouard jirreġistraw wkoll l-istess skor kontra Tal-Balklor Senglea.

Min-naħa l-oħra, Birgu Boċċi Club B kisbu rebħa importanti ta’ 7-1 fuq Sliema Lounge B b’Mqabba Tal-Ġilju jżommu l-konsistenza tagħhom wara li rebħu lil Domus Ladies 7-1.

Sport