Saturday, December 21, 2024

Tifel ta’ 8 snin joħroġ bl-idea li jiġri 5km biex jiġbor fondi għal ALS Malta

Aqra wkoll

Kruiven, tifel ta’ tmien snin ħareġ bl-idea li jiġri ħames kilometri, mill-Imdina sa San Anton, bil-għan li jinġabru fondi li se jkunu qed imorru għall-proġett ta’ Dar Bjorn Respite.

“Bjorn ma jistax iċċaqlaq muskolu wieħed iżda huwa determinat li jispiċċa t-tellieqa ta’ ħajtu billi jgħin lill-oħrajn. Irrid ngħin lil Bjorn billi niġri tiġrija 5K,” qal Kruiven.

B’reazzjoni għal dan, Bjorn Formosa qal li ħassu tassew emozzjonat b’din l-idea. Spjega li Kruiven ilu jitrenja minn mindu kellu tliet snin u din mistenni li tkun attività li se jibqa’ jiftakar.

“Il-ġirja se tkun fl-4 ta’ Ġunju u ninsab ħerqan biex narah jiġri u jiġbor il-flus. Jixtieq jiġbor €1 għal kull metru li jiġri tgħid jirnexxielu? Il-flus ser imorru kollha għall-proġett ta’ DAR Bjorn Respite,” qal Bjorn.

Biex tkun tista’ tgħin, żur is-sit: https://efr.alsmalta.org/kruiven-5k-race-for-als-malta?fbclid=IwAR3IXOTVhHpox1wfiu27j65y11aaysMUrQtbAuLeMi_QaIlfWbY2lbaVtgU

Ekonomija

Sport