Friday, May 3, 2024

Tifla ta’ tmien snin tirċievi messaġġi mhux xierqa fuq Roblox

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Gemma Clamp, omm ta’ 38 sena mir-Renju Unit, tinsab ixxukkjata wara li persuna anonima użat kliem mhux xieraq u sesswali, permezz ta’ logħoba, ma’ bintha, Annabel. 

Annabel, tifla ta’ tmien snin, iddeċidiet li tissieħeb fil-kommunità ta’ Roblox, logħoba virtwali popolari li jużawha minn madwar żewġ miljun tifel u tifla fir-Renju Unit biss. 

Gemma tirrakkonta li dakinhar kienet ma’ bintha meta ddeċidew li jużaw il-logħoba għall-ewwel darba. Tgħid kif mal-ewwel tirċievi messaġġ minn parteċipant ieħor, li kien jgħid, “hey se*y, tridx nieħdu naqra gost?” Inkwetata, l-omm iddeċidiet li tkompli mal-individwu bil-għan li tara kif kienet se tiżvolġi s-sitwazzjoni. 

Wara dan l-inċident, Gemma irrappurtat dan il-każ lil kumpanija, bbażata  f’California. Madwar ġimgħa wara, hija ġiet infurmata minnhom li kienu se jinvestigaw il-każ. 

Kelliem għall-istess kumpanija stqarr li, “Roblox ma jittollera ebda kontenut sesswali, li jikser ir-regolamenti tal-kommunità. Issuspendejna dawk involuti f’dan il-każ flimkien ma’ każi simili. Huwa d-dmir taħgna li nżommu l-pjattaforma kif xieraq u bħal dejjem, ma nieqfu qatt naħdmu biex noħolqu kommunità ċivili, versatili u bla ebda periklu.”

Sport