Wednesday, July 24, 2024

Tifla tweġġa’ gravi f’inċident f’garaxx f’Marsaskala

Aqra wkoll

Tifla sofriet ġrieħi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5:00 p.m kienet involuta f’inċident li seħħ f’garaxx ta’ residenza fi Triq il-Qaliet f’Marsaskala.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li tifla ta’ 13-il sena weġġgħet meta sieqha nqabdet bejn karru ta’ jetski u ħajt waqt li l-karru kien qed jiddaħħal fil-garaxx.

Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku li ta l-ewwel assitenza sakemm it-tifla setgħet tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard hija ġiet ċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport