Wednesday, September 2, 2026
Home Sport Tiger Woods sospiż mis-sewqan għal ħames snin

Tiger Woods sospiż mis-sewqan għal ħames snin

0
45

Tiger Woods biddel il-pożizzjoni tiegħu fil-każ ta’ sewqan taħt l-influwenza ta’ sustanzi  wara inċident fi Florida fejn il-karozza tiegħu nqalbet. 

Il-player tal-golf aċċetta ftehim mal-prosekuturi li jinkludi sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan għal ħames snin u multa ta’ $1,000. 

Woods, 50 sena, kien ġie arrestat wara l-inċident ta’ Marzu. Għalkemm għadda mit-test tal-breathalyser, huwa rrifjuta testijiet oħra biex jiġi ċċekkjat għal sustanzi oħra. 

Aktar tard, il-pulizija sabet żewġ pilloli bojod fil-but tiegħu, li ġew identifikati bħala hydrocodone. 

Woods qal li ma kienx ikkonsma alkoħol u li kien qed jieħu xi mediċini. Wara l-inċident, huwa ħabbar li kien se jieħu l-ħin biex ifittex trattament u jiffoka fuq saħħtu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here