Il-player internazzjonali Malti, Jodi Jones, 28 sena, ġie trasferit lil Bromley wara tliet snin ma’ Notts County fejn f’Mejju li għadda lagħab fil-finali tal-Play-Off f’Wembley Stadium u kien l-eroj tat-team tiegħu meta kien nvolut fit-tliet goals fir-rebħa 3-0 kontra Salford City.
Qabel kien għenhom jirbħu l-promozzjoni minn National League meta għelbu lil Chesterfield 4-3 f’penalty shoot-off fil-Play-Off li saret f’Wembley fl-2023. Dan wara li spiċċaw runners-up wara Wrexham.
Jones, li lagħab 17-il logħba għal Malta, lagħab ukoll ma’ Coventry City u Oxford United.




