Wednesday, April 24, 2024

Tingħata l-aħħar tislima lil Leslie Gladwish

Aqra wkoll

Iktar kmieni llum, ingħatat l-aħħar tislima lill-preżentatur u attur Leslie Gladwish fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera.

Gladwish, li miet it-Tnejn li għadda fl-età ta’ 80 sena, għamel żmien jippreżenta fuq stazzjonijiet tar-radju lokali. Huwa kien jispeċjalizza l-aktar fil-qasam tal-mużika Country u ppreżenta l-aħħar programm tar-radju nhar is-Sibt li għadda fuq ONE Radio.

Barra minn hekk, matul il-karriera tiegħu ta’ attur ħadem f’diversi sensiliet u f’films lokali.

Sport