Wednesday, October 9, 2024

Tinstab “toqba” kbira fix-xemx kbira daqs 20 dinja

Aqra wkoll

Il-ġimgħa li għaddiet uffiċjali tan-NASA qalu li kienu sabu “reġjun iswed” fuq ix-xemx. Huma sejħulha “coronal hole” u qalu li tidher daqslikieku xi ħadd ħaffer toqba kbira fuq ix-xemx.

“It-toqba” fil-verità mhux toqba, iżda hu reġjun fix-xemx li hu ħafna aktar kiesaħ mill-bqija tar-reġjuni u tant kemm għandu temperatura differenti li jidher iswed.

Alex Young, espert tan-NASA qal li din “it-toqba” hija kbira mmens. Qegħdin nikkalkulaw li fiha bejn 300,000 u 400,000 kilometers f’diametru. Biex nagħtu daqs li jifhmu kulħadd hija kbira bejn 20 u 30 dinja.”

L-esperti jgħidu li ma hemm l-ebda problemi għad-dinja. “Ma hemm l-ebda problemi li se jkunu qegħdin jaffettwaw lid-dinja tagħna. Li nista’ ngħid hu li jien u l-kollegi ħadna gost narawha,” qal Alex Young.

Ix-xemx fiha ċirklu ta’ 11-il sena u bħalissa tinsab fis-snin li tkun attiva ħafna. Ix-xahar li għadda x-xjenzati li kuljum ikunu josservaw ix-xemx qalu li raw xi ħaġa li qatt ma raw bħala. Fix-xemx seħħet splużżjoni qawwija ħafna tant li parti mill-plasma tagħha taret ’il barra u bdiet iddur u dejjem titbiegħet mix-xemx. Dan kollu ma joffru l-ebda theddid għad-dinja. “Din kienet opportunità biex aħna nosservaw il-ħajja tan-natura u kemm hi sabiħa,” temm jgħid Young.

Sport