Friday, December 13, 2024

Titħabbar il-mewt ta’ Maurice Walsh

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt ta’ Maurice Walsh, eks player ta’ Sliema Wanderers u tat-tim nazzjonali ta’ Malta, fl-età ta’ 91 sena. 

Apparti numru ta’ dehriet mal-MFA XI, it-tim nazzjonali mhux uffiċjali ta’ Malta fis-snin 50 u 60, Walsh lagħab partita għal pajjiżna meta daħal bħala sostitut fil-partita ta’ ħbiberija kontra t-Tuneżija (0-0). fit-8 ta’ Marzu 1959.

Walsh iddebutta  ma’ Sliema Wanderers kontra Floriana fil-15 ta’ Jannar 1949 li  fiha Sliema rebħu 3-2, fejn huwa kien skorja żewġ goals.  

Huwa baqa’ mal-Blues sal-1962 fejn għamel 147 dehra, u skorja 53 goal. Matul it-13-il sena tiegħu lagħab mal-Wanderers, Walsh rebaħ tliet kampjonati, darbtejn  l-FA Trophy, darbtejn il-Cassar Cup u erba’ darbiet ix-Sciluna Cup. 

Huwa ġie trasferit lil Senglea Athletic fit-Tielet Diviżjoni għall-istaġun 1962/63 iżda rtira mil-logħba sena wara. 

Fl-1955 u fl-1958 huwa lagħab bħala guest player għal Victoria Athletics u Nadur Olympians fil-kampjonat Għawdxi.

talk.mt twassal il-kondoljanzi lill-familjari tiegħu.

Ekonomija

Sport