L‑Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. għadda għall‑ħajja dejjem fl‑età ta’ 79 sena. Huwa twieled il‑Belt Valletta fil‑25 ta’ Jannar tal‑1946. Kien innominat Arċisqof ta’ Malta fit‑2 ta’ Diċembru 2006 u ħa l‑pussess ta’ Arċisqof fis‑26 ta’ Jannar 2007. Huwa rtira minn Arċisqof fit‑18 t’Ottubru 2014, fl‑età ta’ 68 sena.
L‑Arċisqof Cremona ħalla din id‑dinja f’11:55pm tal‑bieraħ, it‑Tlieta, 18 ta’ Marzu 2025, fl‑Isptar Mater Dei.
F’isem il‑Knisja f’Malta, l‑Arċisqof Charles Scicluna qal li l‑Knisja tibki t‑telfa tal‑maħbub Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona u sellem il‑memorja tiegħu bħala ragħaj fidil u mimli mħabba li l‑Knisja qed “tafdah f’idejn il‑ħniena tar‑Ragħaj it‑Tajjeb”.
Intant Tal-ħin tal-ħin wara li l-Kurja ħabbret il-mewt tal-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona, il-Prim Ministru Dr Robert Abela qal li l-funeral tiegħu se jkun koordinat bejn il-Knisja u l-Istat.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali Dr Abela qal li “f’isem il-poplu Malti, nsellem il-memorja tal-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona, is-saċerdot twajjeb li mexxa l-Knisja b’umiltà u bi mħabba.”
Tenna li kien għamel kuntatt “mal-Arċisqof Charles J. Scicluna u filwaqt li f’isem il-poplu wassalt il-kondoljanzi tiegħi lill-Arċidjoċesi, qbilna li l-funeral ta’ Mons Cremona jkun koordinat bejn il-Knisja u l-Istat Malti.”