L-atleta Amerikan li rrivoluzzjona l-high jump, Dick Fosbury, miet fl-età ta’ 76 sena nhar il-Ħadd li għadda. Huwa qabeż b’lura minn fuq il-lasta biex jirbaħ id-deheb fl-Olimpjadi tal-Messiku tal-1968, f’teknika li saret magħrufa bħala l-‘Fosbury Flop’ u li llum tintuża mill-atleti kollha ta’ din id-dixxiplina.
Fl-Olimpjadi, Fosbury, li kien twil 6 piedi u 5 pulzieri, stabbilixxa rekord ta’ dak iż-żmien ta’ 2.24 metri bl-użu tal-metodu tiegħu.
“Huwa b’dispjaċir kbir li għandi noħroġ l-aħbar li l-ħabib u klijent għal żmien twil, Dick Fosbury, miet fil-paċi fl-irqad tiegħu kmieni l-Ħadd filgħodu wara attakk qasir b’rikorrenza ta’ limfoma,” kiteb l-aġent tiegħu, Ray Schulte.