Friday, May 3, 2024

Titħabbar il-mewt tal-attur Ed Asner fl-età ta’ 91 sena

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt ta’ Ed Asner magħruf l-aktar għar-rwol tiegħu bil-karattru fittizju ta’ Lou Grant. L-attur, li fost rwoli oħra kkontribwixxa bil-vuċi tiegħu fil-film Up miet fir-residenza tiegħu lbieraħ fl-età ta’ 91 sena.

Il-familja tiegħu ħabbret dan filwaqt li qalet li m’hemmx kliem biex jiddeskrivu dak li għaddejjin minnu u s-swied ta’ qalb li għandhom.

Il-karattru ta’ Lou Grant kien introdott lura fis-sebgħinijiet f’The Mary Moore Show.

Fost artisti li sellmu l-memorja tiegħu ddeskrivewh bħala persuna b’karattru mill-isbaħ, umoristiku u attur onest li diffiċli ssib bħalu.

Il-karattru ta’ Lou Grant għen l-attur jerbaħ seba’ Emmy awards matul il-karriera tiegħu. Fl-2009 huwa kompla jżid l-fama tiegħu b’udjenza ta’ ġenerazzjonijiet iżgħar fil-parti ta’ Carl Fredrickesen; armel fil-film animat Up.

Sport