Tuesday, April 23, 2024

Titħabbar il-mewt tal-goalkeeper leġġendarju tal-waterpolo, Charles Mock

Aqra wkoll

Il-Ħamis filgħodu tħabbret il-mewt tal-eks goalkeeper leġġendarju Charlie Mock. 

It-tifel tiegħu, Michael, sellimlu fuq il-media soċjali billi kiteb: “B’sogħba kbira, missierna Charles, għadu kif ħalla din id-dinja aktar kmieni filgħodu.

“Huwa issa beda l-vjaġġ biex jiltaqa’ mal-Mulej u l-anġli fis-sema’. Pa, int tibqa’ dejjem in-numru wieħed tagħna.”

Charles serva lil-logħba tal-waterpolo bejn l-1951 u l-1973 ma’ Balluta WPC, illum magħruf bħala San Ġiljan ASC, li magħhom rebaħ ħames darbiet il-kampjonat.

Wara li temm il-karriera bħala player, huwa qabad dik tal-coaching fejn mexxa lit-timijiet Ta’ Xbiex, Birżebbuġa, Sirens, Valletta United, San Ġiljan u finalment lin-nursery ta’ Neptunes. 

Sport