Saturday, November 23, 2024

Tittella’ b’suċċess it-tieni edizzjoni ta’ Festa Ikel Malti

Aqra wkoll

F’ġurnata mill-isbaħ llum ittellgħet l-attività “Festa Ikel Malti” fil-Pitkalija, Ta’ Qali. B’aktar minn 50 esebitur li wrew firxa delizzjuża ta’ ikel Malti, dawk kollha li attendew kellhom iċ-ċans li jduqu, jixtru u jieklu xi wħud mill-ifjen prodottti Maltin u Għawdxin.

Waqt din l-attività, il-Farmers Market offra prodotti mkabbra lokalment u għalhekk wieħed kellu l-opportunità li jixtri frott u ħaxix friski direttament mingħand il-produttur. Wieħed seta’ jara li Festa Ikel Malti kienet lil hinn minn sempliċiment festival tal-ikel.

Din kienet ukoll ċelebrazzjoni ta’ ġurnata sħiħa għall-familja kollha, mimlija divertiment u attivitajiet. It-tfal kellhom l-opportunità li jiltaqgħu mal-karattri favoriti tagħhom, inkluż Fonzu l-Fenek. Setgħu wkoll igawdu minn attivitajiet bħal ħlib tal-baqar, logħob tas-sajd u ħafna oħrajn.

Festa Ikel Malti ġiet organizzata mill-Malta Food Agency b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali.

Sport